Navigation Path: Home > The European Central Bank > Materjal edukattiv > FATTI Preżentazzjoni > Politika monetarja > Slide 5
IL-POLITIKA MONETARJA

L-analiżi ekonomika tiffoka fuq l-attività reali u l-kundizzjonijiet finanzjarji fl-ekonomija. L-analiżi ekonomika tqis il-fatt li l-iżviluppi fil-prezzijiet fuq żmien qasir sa medju huma influwenzati ħafna mill-azzjoni reċiproka bejn il-provvista u d-domanda fis-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tal-fatturi.
Biex jagħmel dan, il-BĊE jqis
L-eżerċizzji ta’ tbassir makroekonomiku tal-istaff tal-Eurosistema għandu rwol importanti fl-analiżi ekonomika. It-tbassir, li jiġu prodott fuq responsabbiltà tal-istaff, jgħin biex jistruttura u jissintetizza ammont kbir ta’ dejta ekonomika u biex jiżgura l-konsistenza ta’ evidenza ekonomika meħuda minn sorsi differenti. F’dan ir-rigward, hu element ewlieni biex jirfina l-istima tal-prospetti ekonomiċi u taċ-ċaqliq tal-inflazzjoni fuq żmien qasir sa medju madwar ix-xejra ġenerali tagħha.
Il-prezzijiet tal-assi u r-rendimenti finanzjarji jistgħu jintużaw biex jisiltu tagħrif dwar l-aspettattivi tal-inflazzjoni fis-swieq finanzjarji. Per eżempju, fix-xiri u l-bejgħ tal-bonds, il-parteċipanti tas-swieq finanzjarji jesprimu impliċitament l-aspettattivi dwar l-iżviluppi futuri fir-rati tal-imgħax u l-prezzijiet. Il-BĊE jista’ janalizza l-prezzijiet finanzjarji biex jislet l-aspettattivi impliċiti tas-suq dwar l-iżviluppi futuri fil-prezzijiet, billi juża teknika varja.
Għal iżjed dettalji, ara www.ecb.europa.eu/mopo/strategy/ecana
MP.005 01/12
Bank Ċentrali Ewropew