Navigation Path: Home > The European Central Bank > Storja > Arkivji > Daħla
L-Arkivju tal-BĊE hu amministrat mit-Taqsima għall-Amministrazzjoni tal-Arkivju & Rekords fid-Diviżjoni Arkivju, Librerija u Rekords tad-Direttorat Ġenerali Segretarjat u Servizzi Lingwistiċi.
Fl-Arkivju tal-BĊE hemm rekords ta':
Skond l-impenn tal-BĊE favur l-onestà u t-trasparenza, u biex jgħin u jiffaċilita r-riċerka, il-kopji PDF tar-rekords li ftaħna għall-pubbliku jinsabu hawn.
Hawnhekk huma disponibbli wkoll l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat tal-Gvernaturi li saru 30 sena ilu jew iżjed.
L-aċċess għad-dokumenti u r-rekords tal-BĊE hu regolat bid-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta’ Marzu 2004 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42).
It-talbiet għandom jiġu ppreżentati permezz ta' din il-formola biex jintalab aċċess pubbliku.
Tista' tagħmel arranġament biex teżamina fil-post, dokumenti tal-Arkivju tal-BĊE li 'huma aċċessibbli għall-pubbliku' (normalment kopji biss ikunu disponibbli). Jekk tixtieq tagħmel dan, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Arkivju tal-BĊE għall-inqas ġimgħatejn qabel biex tagħmel appuntament. Jekk jogħġbok semmi s-suġġett tar-riċerka tiegħek b'mod ċar biex inkunu nistgħu nidentifikaw id-dokumentazzjoni kollha li tista' tkun utli u niżguraw li din tkun disponibbli. Jekk jogħġbok innota li ż-żjarat fil-post huma soġġetti għar-regoli tal-viżitaturi għall-aċċess għall-Arkivju tal-BĊE (ara l-link in-naħa ta' fuq, fuq il-lemin), u li żjarat fl-Arkivju jistgħu jsiru biss mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9 a.m. u l-5 p.m. CET, fil-ġranet tax-xogħol tal-BĊE.
European Central Bank
Archives & Records Management Section
Room ET3043
Kaiserstrasse 29
60311 Frankfurt am Main
Germany
Tel.: +49 (0)69 1344 5656
Fax: +49 (0)69 1344 6640