Il-Kunsill Ġenerali
Il-Kunsill Ġenerali (Jannar 2010)
Laqgħa tal-Kunsill Ġenerali
hu magħmul
- mill-President u mill-Viċi-President tal-BĊE, kif ukoll
- mill-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tas-27 Stat Membru ta’ l-UE.
Fi kliem ieħor, il-Kunsill Ġenerali jinkludi rappreżentanti tas-16-il pajjiż taż-żona ta’ l-euro u tal-11-il pajjiż barra ż-żona ta’ l-euro.
Il-membri l-oħra tal-Bord Esekuttiv tal-BĊE, il-President tal-Kunsill ta’ l-UE u membru tal-Kummissjoni Ewropea jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali. Iżda dawn ma għandhomx id-dritt li jivvutaw.
Responsabbiltajiet
Il-Kunsill Ġenerali jista’ jiġi meqjus bħala korp transizzjonali. Dan iwettaq id-dmirijiet li wiret mingħand l-Istitut Monetarju Ewropew (IME) li l-BĊE huwa meħtieġ li jwettaq fit-Tielet Fażi ta’ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) minħabba l-fatt illi s’issa, mhux l-Istati Membri kollha ta’ l-UE adottaw l-euro.
Il-Kunsill Ġenerali jikkontribwixxi wkoll
- għall-funzjonijiet konsultattivi tal-BĊE;
- għall-ġbir ta’ informazzjoni statistika;
- għat-tħejjija tar-rapporti ta’ kull sena tal-BĊE;
- għall-iffissar tar-regoli neċessarji għall-istandardizzar tal-kontabilità u għar-rappurtar ta’ l-operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN);
- għall-adozzjoni ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE, li m’humiex dawk diġà stabbiliti fit-Trattat;
- għall-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta’ l-impjiegi tal-personal tal-BĊE; u
- għall-preparamenti neċessarji għall-iffissar irrevokabbli tar-rati tal-kambju tal-muniti ta’ l-Istati Membri li għandhom deroga fil-konfront ta’ l-euro.
Skond l-Istatut, il-Kunsill Ġenerali jiġi xolt ladarba l-Istati Membri kollha ta’ l-UE jkunu ntroduċew il-munita unika.
lura għall-bidu tal-paġna
Membri
Ikklikkija fuq ritratt biex tkabbru
-

Agħlaq
-

Agħlaq
-
Guy Quaden
Gvernatur, Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique

Agħlaq
-
Ivan Iskrov
Gvernatur, Българска народна банка (Bulgarian National Bank)

Agħlaq
-
Zdeněk Tůma
Gvernatur, Česká národní banka

Agħlaq
-
Nils Bernstein
Gvernatur, Danmarks Nationalbank

Agħlaq
-
Axel A. Weber
President, Deutsche Bundesbank

Agħlaq
-
Andres Lipstok
Gvernatur, Eesti Pank

Agħlaq
-
Patrick Honohan
Gvernatur, Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

Agħlaq
-
Georgios Provopoulos
Gvernatur, Bank of Greece

Agħlaq
-
Miguel Fernández Ordóñez
Gvernatur, Banco de España

Agħlaq
-
Christian Noyer
Gvernatur, Banque de France

Agħlaq
-
Mario Draghi
Gvernatur, Banca d'Italia

Agħlaq
-
Athanasios Orphanides
Gvernatur, Central Bank of Cyprus

Agħlaq
-
Ilmārs Rimšēvičs
Gvernatur, Latvijas Banka

Agħlaq
-
Reinoldijus Šarkinas
President tal-Bord, Lietuvos bankas

Agħlaq
-
Yves Mersch
Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg

Agħlaq
-
András Simor
Gvernatur, Magyar Nemzeti Bank

Agħlaq
-
Michael C. Bonello
Gvernatur, Bank Ċentrali ta’ Malta

Agħlaq
-
Nout Wellink
President, De Nederlandsche Bank

Agħlaq
-
Ewald Nowotny
Gvernatur, Oesterreichische Nationalbank

Agħlaq
-
Sławomir Skrzypek
President, Narodowy Bank Polski

Agħlaq
-
Vítor Manuel Ribeiro Constâncio
Gvernatur, Banco de Portugal

Agħlaq
-
Mugur Isărescu
Gvernatur, Banca Naţională a României

Agħlaq
-
Marko Kranjec
Gvernatur, Banka Slovenije

Agħlaq
-
Jozef Makuch
Gvernatur, Národná banka Slovenska

Agħlaq
-
Erkki Liikanen
Gvernatur, Suomen Pankki - Finlands Bank

Agħlaq
-
Stefan Ingves
Gvernatur, Sveriges Riksbank

Agħlaq
-
Mervyn King
Gvernatur, Bank of England

Agħlaq
-
lura għall-bidu tal-paġna
Bażi legali
Ara l-Artikoli 45, 46 u 47 ta’ l-Istatut (tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew) għad-dispożizzjonijiet dwar il-Kunsill Ġenerali.
L-Artikolu 45.2: “Il-Kunsill Ġenerali għandu jkun magħmul mill-President u mill-Viċi-President tal-BĊE u mill-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali. Il-membri l-oħra tal-Bord Esekuttiv jistgħu jipparteċipaw, mingħajr ma jkollhom id-dritt li jivvutaw, fil-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali.”
lura għall-bidu tal-paġna
