Navigation Path: Home > The European Central Bank > Organizzazzjoni > Rwoli
Id-dmirijiet tas-SEBĊ u tal-Eurosistema huma stabbiliti fit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Dawn huma speċifikati fl-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). L-Istatut hu protokoll anness mat-Trattat.
It-test tat-Trattat jirreferi għas-‘SEBĊ’ iżjed milli għall-‘Eurosistema’. Dan ġie abbozzat fuq il-premessa li l-Istati Membri kollha tal-UE se jadottaw l-euro. Sakemm dan iseħħ, tkun l-Eurosistema li twettaq id-dmirijiet.
“L-għan ewlieni tas-SEBĊ hu li żżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet”.
U: “mingħajr preġudizzju għall-għan tal-istabbiltà tal-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġa l-politika ekonomika ġenerali fil-Komunità bl-għan li tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-Komunità kif stabbilit fl-Artikolu 2.” (Trattat (Artikolu 105 (1))
L-għanijiet tal-Unjoni (Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea) huma livell għoli ta’ impjieg u ta’ żvilupp sostenibbli u mhux inflazzjonarju.
lura għall-bidu tal-paġna