Kooperazzjoni Ewropea
Rabtiet mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE
Il-BĊE huwa parti mill-istruttura istituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea (UE). Dan iżomm relazzjonijiet mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet u mal-fora ta’ l-UE. It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Trattat tal-KE) jispeċifika kuntatti formali bejn il-BĊE u l-istituzzjonijiet u l-fora ta’ l-UE, bħal ma huma l-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali tal-BĊE mill-President tal-BĊE lill-Parlament Ewropew u l-parteċipazzjoni tiegħu fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-UE.
Il-BĊE huwa interessat ukoll fil-politika ekonomika immexxija minn organi oħra responsabbli għat-tfassil tal-politika. Iżomm djalogu miftuħ u skambju ta’ opinjonijiet mal-Kunsill ta’ l-ECOFIN, ma’ l-Eurogroup, mal-Kummissjoni, mal-gvernijiet nazzjonali u ma’ l-isħab soċjali.
Għal iżjed dettalji, ara
-
Ir-relazzjonijiet tal-BĊE mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea - tendenzi u prospetti, Artiklu fil-Bullettin ta' Kull Xahar, Jannar 2010,
pdf 175 kB,
en
-
lura għall-bidu tal-paġna
Laqgħat fuq livell ta’ l-UE
- B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-KE, il-BĊE jista’ jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-UE (normalment il-Kunsill ta’ l-ECOFIN) kull meta jiġu diskussi kwistjonijiet ta’ relevanza għall-kompetenzi tal-BĊE.
- Il-President tal-BĊE huwa wkoll mistieden jipparteċipa fil-laqgħat ta’ l-Eurogroup, fil-laqgħat informali regolari tal-ministri tal-finanzi taż-żona ta’ l-euro.
- Il-BĊE huwa membru ta’ bosta Kumitati ta’ l-UE, b’mod partikolari tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, tas-Supplenti
tiegħu u tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika. Dawn il-kumitati kollha għandhom rwol ewlieni fil-koordinament tal-politika ekonomika ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE.
- Il-BĊE jipparteċipa wkoll fid-Djalogu Makroekonomiku, li jlaqqa’ flimkien lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni Ewropea u lill-isħab soċjali ta’ l-UE.
Il-BĊE huwa f’kuntatt regolari mad-Direttorati Ġenerali tal-
Kummissjoni Ewropea (bħad-DĠ ECFIN, DĠ MARKT u Eurostat). Il-BĊE jattendi laqgħat ta’ gruppi ħaddiema speċjalizzati tal-Kummissjoni u jżomm kuntatti regolari fil-livell ta’ l-esperti.
lura għall-bidu tal-paġna
Responsabbiltà
Il-BĊE huwa responsabbli għall-Parlament Ewropew għad-deċiżjonijiet tal-politika tiegħu. Dawn l-obbligi ta’ responsabbiltà lejn in-nies ta’ l-Ewropa u lejn ir-rappreżentanti eletti tagħhom iservu bħala kontrapiż għall-indipendenza tal-BĊE. Il-President tal-BĊE jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, lill-Kumitat dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, fuq bażi ta’ kull tliet xhur. Barra minn hekk, membri oħra tal-Bord Esekuttiv dehru quddiem il-Parlament Ewropew sabiex jixhdu fuq kwistjonijiet varji li għandhom x’jaqsmu mal-kompetenzi tal-BĊE.
lura għall-bidu tal-paġna
Ir-relazzjonijiet tal-BĊE mal-fora u l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ l-UE ( 1 )
Istituzzjonijiet u fora ta’ l-UE
Il-parteċipazzjoni tal-BĊE fil-laqgħat jew fl-attivitajiet ta’
Il-Kunsill ta’ l-UE
Il-Eurogroup
Il-Kunsill ta’ l-ECOFIN
ECOFIN informali
Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju
Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, supplenti
Il-Grupp Ħaddiem ta’ l-Eurogroup fi ħdan il-KEF
Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika
Il-Gruppi Ħaddiema tal-Kunsill (eż. il-Grupp Ħaddiem tal- Konsulenti Finanzjarji u l-Grupp Ħaddiem dwar l-Istatistika)
Il-Kummissjoni Ewropea
Kuntatti regolari mad-Direttorat Ġenerali (bħalma huma DĠ ECFIN, DĠ MARKT u l-Eurostat) u parteċipazzjoni fi gruppi ħaddiema speċjalizzati.
Il-Parlament Ewropew
Sessjonijiet plenarji
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Djaolgu Makroekonomiku (MED)
MED fil-livell politiku
MED fil-livell tekniku
Sevizzi finanzjarji
Il-Kumitat għas-Servizzi Finanzjarji
Il-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Bankarji
Il-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli (Ewropean Securities Committee)
Il-Kumitat tal-Konglomerati Finanzjarji
Statistika
Il-Kumitat tal-Programm Statistiku
Il-Kumitat dwar l-Istatistiċi Monetarji Finanzjarji u l-Bilanċ tal-Pagamenti
Flus tal-karti
Laqgħa f’livell għoli dwar il-ħarsien ta’ l-euro kontra l-iffalsifikar
(1) Din il-lista ma tkoprix kollox. Tinkludi biss l-iżjed fora u istituzzjonijiet rilevanti. Il-lista ta’ sotto-strutturi fi ħdan dawn l-istituzzjonijiet u l-fora li fihom jipparteċipa l-BĊE lanqas ma hija eżawrenti.
lura għall-bidu tal-paġna
