Navigation Path: Home > The European Central Bank > Bini ġdid > Fażi tal-ippjanar > Fażi tat-titjib
Meta għażel lil COOP HIMMELB(L)AU biex ifassal il-pjanti għall-kwartieri l-ġodda tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jintroduċi fażi ta' titjib. B'kooperazzjoni mal-BĊE, il-periti għamlu reviżjoni tal-kunċett tad-disinn tagħhom waqt li qiesu l-ħtiġijiet funzjonali u spazjali riveduti, biex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi u biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, il-BĊE ħadem mill-qrib mal-awtoritajiet ta' Frankfurt biex is-sit tal-Grossmarkthalle jiġi integrat fl-infrastruttura tal-belt.
Fil-15 ta' Diċembru 2005, il-Kunsill Governattiv approva l-proġett tad-disinn imtejjeb ta' COOP HIMMELB(L)AU għall-kwartieri l-ġodda tal-BĊE. Il-proġett il-ġdid kien għal kollox konformi mal-ħtiġijiet tal-BĊE.
Il-fażi tat-titjib wasslet għal ħafna bidliet fil-proposta tad-disinn: