L-Awstrija għażlet li tipproduċi serje ta’ muniti li juru fjuri, arkitettura u nies famużi mill-istorja tagħha. Id-disinji ġew magħżulin minn ġurija nazzjonali u mill-opinjoni pubblika. L-artist Awstrijak Josef Kaiser ħoloq id-disinji.
5 ċenteżmi
Din turi primuli alpini, bħala parti mis-serje tal-fjuri; dawn il-fjuri huma simbolu ta' impenn lejn l-ambjent u tar-rwol ta' l-Awstrija fl-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-Komunità.
2 ċenteżmi
Din il-munita turi l-edelweiss, bħala parti mis-serje tal-fjuri, li tissimbolizza impenn lejn l-ambjent u r-rwol ta' l-Awstrija fl-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-Komunità.
1 ċenteżmu
Din il-munita turi ġenzjana, bħala parti mis-serje tal-fjuri, li tissimbolizza impenn lejn l-ambjent u r-rwol ta' l-Awstrija fl-iżvilupp tal-politika ambjentali tal-Komunità.
lura għall-bidu tal-paġna