Malta
€2
Fuq il-muniti ta' l-€1 u taż-€2 hemm l-emblema użata mill-Ordni Sovran ta' Malta. Tul il-ħakma ta' l-Ordni f'Malta, bejn l-1530 u l-1798, dan is-Salib bi tmien ponot kien assoċjat mal-gżira u issa sikwit jissejjaħ is-Salib ta' Malta.
€1
50 ċenteżmu
Fuq il-muniti ta' l-10, l-20 u l-50 ċenteżmu hemm l-Arma ta' Malta, tarka b'rappreżentazzjoni araldika tal-bandiera nazzjonali ta' Malta. Fuq it-tarka hemm kuruna mibnija bil-ġebel, li tirrappreżenta s-swar ta' Malta u tfisser li Malta hi belt stat. It-tarka hi mdawra b'girlanda magħmula minn żewġ friegħi, waħda taż-żebbuġ fuq ix-xellug, u l-oħra tal-palm fuq il-lemin, it-tnejn simboli tal-paċi u tradizzjonalment assoċjati ma' Malta; il-girlanda hi marbuta fit-tarf t'isfel b'żigarella li fuqha hemm miktub il-kliem "Repubblika ta' Malta".
20 ċenteżmu
10 ċenteżmi
5 ċenteżmi
Fuq il-muniti taċ-ċenteżmu, taż-2 ċenteżmi u tal-5 ċenteżmi hemm xbieha ta' l-altar li jinsab fil-kumpless tat-tempji preistoriċi ta' l-Imnajdra, mibni madwar is-sena 3600 qabel Kristu fuq għolja żgħira li tagħti għal fuq il-baħar.
2 ċenteżmi
1 ċenteżmu
lura għall-bidu

Cross-navigation Menu
In-naħat kollha