Navigation Path: Home > L-Euro > Skola tal-Euro > Kompetizzjoni "Il-ġirja għall-euro"
Jekk jogħġbok il-logħob tal-kompjuter din hi proprju logħba għalik. Ara kemm għandek ħila tgħin lil Xandru jaqsam il-pontijiet u jevita x-xkiel, waqt li tiġbor kemm jista' jkun karti tal-flus u muniti tal-euro tul il-logħba. Iżda, ara li ma taqax fl-ilma! Trid tkun taf kollox dwar il-karti tal-flus tal-euro biex twieġeb il-mistoqsijiet u tirbaħ iżjed punti!
Jekk għandek bejn id-9 u s-16-il sena, tista' tirbaħ premju fil-kompetizzjoni tagħna "Il-ġirja għall-euro".
Ir-raba' kompetizzjoni saret bejn il-15 ta' April u l-14 ta' Lulju 2010. Nixtiequ nirringrazzjaw lill-parteċipanti kollha u nifirħu lir-rebbieħa:
Tixtieq tirbaħ iPod* int ukoll? Allura ibqa' ilgħab fil-kompetizzjoni ta' bħalissa li bdiet fil-15 ta' Lulju u li se tibqa' miftuħa sal-14 ta' Ottubru 2010.
* "iPod" hi trejdmark reġistrata ta' Apple Inc.