Il-BĊE jaf li l-isem u l-logo tiegħu qiegħdin dejjem iżjed jintużaw b'abbuż minn terzi persuni diversi fir-rigward ta' transazzjonijiet finanzjarji foloz u attivitajiet qarrieqa oħra. F'xi każijiet, il-BĊE jissemma saħansitra bħala l-bank li permezz tiegħu jkunu se jsiru l-pagamenti jew transazzjonijiet.
F'dan ir-rigward, il-BĊE jixtieq ifiehem li ma jipprovdix servizzi bankarji kummerċjali lil individwi jew lil entitajiet korporattivi, u b'mod partikolari, li ma jiġborx drittijiet għal trasferimenti trans-konfini u ma jaċċettax depożiti mingħand dawn il-persuni, u ma joħroġx ċertifikati għar-rilaxx ta' fondi. Għaldaqstant, il-BĊE javża lill-pubbliku biex ma jistabbilixxi ebda kuntatt ma dawk li joħolqu dawn il-proġetti u biex ma jibgħatx flus u ma jiżvelax dettalji tal-bank jew tal-kards ta' kreditu lil kull min jgħid li qed jirrappreżenta lill-BĊE jew li għandu xi relazzjoni bankarja mal-BĊE.
Il-BĊE jixtieq javża wkoll li ma jistax jinżamm responsabbli jekk l-isem, il-logo jew l-indirizz tiegħu jiġu użati b'abbuż fi skemi maħsuba biex iqarrqu bil-pubbliku. Jekk xi membru tal-pubbliku jara jew jirċievi xi dokumentazzjoni dubjuża li tirreferi għal, jew li tallega li ġejja mill-BĊE, dan għandu minnufih jagħmel rapport dwar dan lill-awtorità lokali għall-infurzar tal-liġi jew jieħu parir mingħand l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.
lura għall-biduIl-BĊE hu marbut li jħares il-privatezza tal-utenti. Hu jipproċessa d-dejta personali tiegħek għal skopijiet deskritti hawn taħt biss; ma jxandarhiex għal skopijiet kummerċjali.
L-informazzjoni personali kollha tiġi pproċessata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u skond ir-regoli tal-BĊE dwar is-sigurtà tat-teknoloġija informatika u dwar il-konfidenzjalità.
Informazzjoni rreġistrata mis-servers tal-BĊE
Cookies huma fajls żgħar ta' dejta mibgħuta minn server ta' websajt lill-brawżer tal-kompjuter tiegħek. Il-brawżer jgħid lis-server meta terġa' żżur dik il-websajt partikolari. Il-Cookies jgħinuna naħżnu l-preferenzi u x-xejriet tal-użu tal-utent fuq bażi aggregata.
Informazzjoni rreġistrata – Is-servers jirreġistraw awtomatikament l-informazzjoni li jibgħat il-brawżer tiegħek meta żżur xi websajt. Din l-informazzjoni rreġistrata tas-server tista' tinkludi informazzjoni bħad-dejta u l-ħin taż-żjara tiegħek, l-indirizz tal-Protokoll tal-Internet tiegħek, it-tip tal-brawżer, il-lingwa tal-brawżer, id-daqs tal-iskrin tal-brawżer, u cookie waħda jew iżjed li jidentifikaw il-brawżer tiegħek. L-informazzjoni li niġbru tintuża biss biex tinġabar l-istatistika, fuq bażi aggregata, dwar l-użu tas-sit tagħna.
Informazzjoni rreġistrata minn servers ta' terzi
Google Analytics – Il-websajt tal-BĊE juża Google Analytics , servizz estern, biex tinġabar statistika dwar l-użu tal-websajt tiegħu. L-informazzjoni mibgħuta mill-brawżer tintbagħat ukoll lis-servers imħaddma minn Google, u tintuża biex tipprovdi lill-BĊE bi statistika aggregata dwar l-għadd ta' żjarat bi brawżer, xejriet ta' użu, u tiftix li jsir fis-sit tal-BĊE.
Google għandu politika tal-privatezza tiegħu. Google jiċċertifika hu stess il-konformità mal-qafas "Safe Harbor" UE-U.S. li d-Dipartiment tal-Kummerċ Amerikan żviluppa f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea biex jissodisfa l-istandard tal-"adegwatezza" Ewropea għall-ħarsien tal-privatezza.
Informazzjoni personali kkommunikata permezz ta' websajt jew bl-e-mail
Minbarra li tista' tikkuntattja lill-BĊE permezz tal-indirizzi tal-e-mail li jidhru f'dan il-websajt, tista' tikkuntatjana wkoll permezz ta' servizzi elettroniċi bħal formola biex tibbukkja żjara, fejn l-informazzjoni personali tiegħek hi meħtieġa biex inkunu nistgħu nipprovdu s-servizzi li tixtieq.
L-informazzjoni f’dan il-websajt hi koperta b'sistema ta' protezzjoni tad-dejta personali u permezz ta’ politika ta’ privatezza tal-e-mail.
Bażi legali – Il-politika dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom mill-istituzzjonijiet u l-korpi Komunitarji hi bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru. 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000. Il-BĊE jipproċessa d-dejta personali skond dan ir-Regolament.
Kontrollur għall-Ħarsien tad-Dejta – Fi ħdan il-BĊE, l-Uffiċjal għall-Ħarsien tad-Dejta jiżgura li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Regolament imsemmi hawn fuq u jagħti pariri lill-kontrolluri dwar it-twettiq tal-obbligi tagħhom (ara l-Artikolu 24 tar-Regolament).
Il-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta jaġixxi bħala awtorità ta’ sorveljanza indipendenti għall-istituzzjonijiet u għall-korpi kollha tal-UE (ara l-Artikoli 41 sa 45 tar-Regolament (KE) Nru. 45/2001).
Servizzi elettroniċi – għal kull servizz elettroniku speċifiku li joffri l-BĊE, hemm kontrollur li jiddetermina l-iskopijiet ta', u l-mezzi għall-ipproċessar tad-dejta personali mibgħuta u jiżgura li tikkonforma mal-politika tal-privatezza.
E-mails – Tinġabar biss dik id-dejta personali tiegħek li tkun meħtieġa għat-tweġiba. Jekk ikollok xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tal-e-mails tiegħek u dejta personali relatata, toqgħodx lura milli tinkludihom fil-messaġġ tiegħek.
Websajt għar-reklutaġġ – Informazzjoni speċifika dwar il-ħarsien tad-dejta li tikkonċerna l-użu ta’ dejta personali għal għanijiet ta’ reklutaġġ tinsab fil-websajt separat tal-BĊE għar-reklutaġġ"Working for Europe”.
lura għall-bidu