Xbieha bħal din tissejjaħ "kodiċi QR". Din tirrappreżenta l-indirizz fuq il-web (URL) ta' paġna waħda HTML. Ix-xbieha li tidher fuq ix-xellug tfisser "www.ecb.int".
Kodiċi QR jgħinek biex tagħmel bukmark għal paġna web tal-BĊE bit-telefon ċellulari tiegħek, malajr u faċilment. Il-URLs tagħna jistgħu jkunu twal ħafna: “www.ecb.int/paym/sepa/benefits/consumers/html/index.en.html” hu eżempju wieħed. Iżda b'kodiċi QR ma jkunx jeħtieġ tittajpja l-URL sħiħ fuq it-telefon tiegħek; minflok tista' sempliċement tiskannja x-xbieha. It-telefon tiegħek jaqraha, jerġa' jaqlibha f'URL u jaħżinha bħala bukmark. Imbagħad tista' tuża t-telefon tiegħek biex tara dik il-paġna onlajn.
Għal ċerti mudelli ta' telefons ċellulari jista' jkun li m'hemmx qarrej tal-kodiċi QR.
Nissuġġerixxu li tipprova dawn iż-żewġ websajts, għalkemm oħrajn jistgħu joffru servizz simili
reader.kaywa.com
www.quickmark.com.tw
Għal aktar dettalji, ara l-artiklu fil- Wikipedia dwar il-kodiċi QR.