Navigation Path: Home > Press > Press releases > By date > 2009 > 5 ta' Marzu 2009
Illum, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jibqa’ juża l-proċedura għas-sejħiet għall-offerti b’rata fissa u b’allokazzjoni sħiħa għall-operazzjonijiet kollha, jiġifieri l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, l-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali u l-operazzjonijiet supplementari u regolari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal, sakemm dan ikun meħtieġ u fi kwalunkwe każ lilhinn mit-tmiem tal-2009.
Barra dan, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżomm il-frekwenza u l-profil tal-maturità ta’ bħalissa għall-operazzjonijiet supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal u għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien speċjali sakemm dan ikun meħtieġ u fi kwalunkwe każ lilhinn mit-tmiem tal-2009. L-aċċess għall-kalendarju li jelenka d-diversi operazzjonijiet supplementari mmexxija mill-Eurosistema fl-2009 jista’ jsir permezz tat-taqsima dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ fil-websajt tal-BĊE.
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.