Navigation Path: Home > Press > Press releases > By date > 2012 > 5 ta' Lulju 2012
Fil-laqgħa tal-lum il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ħa dawn id-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja:
Ir-rata tal-imgħax tal-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema se tonqos b’25 punt bażi għal 0.75% mill-operazzjoni li għandha tiġi konkluża fil-11 ta’ Lulju 2012.
Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tas-self marġinali se tonqos b’25 punt bażi għal 1.50% b’seħħ mill-11 ta’ Lulju 2012.
Ir-rata tal-imgħax tal-faċilità tad-depożitu se tonqos b’25 punt bażi għal 0.00% b’seħħ mill-11 ta’ Lulju 2012.
Il-President tal-BĊE se jagħti l-fehmiet tiegħu dwar ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li għandha tibda fis-2.30 p.m. CET illum.
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.