Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2005 > 15 ta' Novembru 2005
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ Novembru 2005, it-tnaqqis ta’ EUR 52 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.5 biljun għal EUR 164.2 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal-EUR 93.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 538.9 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 46.3 biljun.
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 0.7 biljun għal EUR 385 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ Novembru 2005, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 294 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 295 biljun.
Ir-rikors kemm għall-faċilità ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kif ukoll għall-faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun u EUR 0.1 biljun rispettivament fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal-kont kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.5 biljun għal EUR 152.4 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.