Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2008 > 2 ta' Jannar 2008
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-28 ta’ Diċembru 2007, it-tnaqqis ta’ EUR 40 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (partita 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamlu żewġ banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Bank Ċentrali dwar id-Deheb tas-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 7 biljun għal EUR 157.2 biljun minħabba kemm it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u ta’ l-operazzjonijiet tal-forniment tal-likwidità f’USD imwettqa mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament reċiproku temporanju dwar il-munita (swap line) bejn il-BĊE u s-Sistema tar-Riżervi Federali.
L-investimenti ta' l-Eurosistema ta' titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (partita 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 96.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 678.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 36.9 biljun.
Is-self nett ta’ l-Ewrosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nri 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) żdied b’EUR 8.4 biljun għal EUR 483.8 biljun. Nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2007, ġiet regolata operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 20 biljun. Nhar il-Ħamis, is-27 ta’ Diċembru 2007, immaturat operazzjoni ta’ rfinar ta’ assorbiment ta’ likwidità ta’ EUR 141.6 biljun, li saret bil-ġbir ta’ depożiti fissi, filwaqt li ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 150 biljun nhar il-Ġimgħa, it-28 ta’ Diċembru 2007.
Ir-rikors għall- faċilità ta’ self marġinali (partita 5.5 ta’ l-attiv) kien virtwalment xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel), filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 1.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
B’riżultat tat-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kont kurrenti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9 biljun għal EUR 223.2 biljun.
Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru u l-Bank Ċentrali ta’ Malta ngħaqdu fl-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2008. Għalhekk il-BĊE ser jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu ta’ l-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2008 flimkien mar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa li jmiss fid-9 ta’ Jannar 2008.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.