Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2008 > 26 ta' Marzu 2008
Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu u l-14 ta’ Marzu 2008, għadhom preżenti u lanqas ma ppermettew il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-21 ta’ Marzu 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ pprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Marzu 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 55 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.7 biljun għal EUR 139.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti ta’ l-Ewrosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro denominati f’euro (il-partita numru 7) kienu ta’ EUR 107.3 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal dak tal-ġimgħa ta’ qabel) Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.1 biljun għal EUR 665.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.4 biljun għal EUR 72.9 biljun.
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 7.7 biljun għal EUR 483.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Marzu 2004, operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 209.5 biljun immaturat u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 202 biljun. Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Marzu 2008, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar biex tiġi pprovduta l-likwidità ta’ EUR 15-il biljun b’data ta’ maturità tal-25 ta’ Marzu 2008.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 9.4 biljun għal EUR 219.6 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.