Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2008 > 14 ta' Ottubru 2008
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Ottubru 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 153 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) ikkorrispondiet, l-ewwel, mal-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004) u, it-tieni, mal-bejgħ nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor ta’ l-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 29.8 biljun għal EUR 279 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 10 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 20 biljun, b’maturità ta’ 84 jum. Nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru 2008, ġiet regolata operazzjoni overnight li pprovdiet likwidità ta’ USD 93.9 biljun. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.
L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) żdiedu b’EUR 0.4 biljun għal EUR 113.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 18.9 biljun għal EUR 712.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 64.9 biljun.
Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 182.3 biljun għal EUR 584.6 biljun. Nhar it-Tnejn, 6 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 193.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 190 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 250 biljun. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Ottubru 2008, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 50 biljun. Fl-istess ġurnata, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar biex tiġi pprovduta l-likwidità ta’ EUR 24.7 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 16.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 24.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 154.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 38.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 142.5 biljun għal EUR 295.8 biljun.
Għandu jkun innotat li l-figuri fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 (ippubblikat fit-8 ta’ Ottubru 2008) inbidlu dovut għal aġġustamenti tekniċi f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema. Dawn il-bidliet huma, madankollu, meqjusa li huma immaterjali u, konsegwentement, pubblikazzjoni mill-ġdid tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tat-3 ta’ Ottubru 2008 mhux meħtieġ. It-tibdil minn ġimgħa għal ġimgħa kif jidher f'dan ir-rapport finanzjarju konsolidat diġà jinkludi t-tibdil ta’ hawn fuq.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.