Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2009 > 15 ta' April 2009
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-10 ta’ April 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skont il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 10.4 biljun għal EUR 280.4 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Transazzjonijiet straordinarji
| Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 8 ta’ April 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 36 biljun | CHF 36.3 biljun |
| 9 ta’ April 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 93.1 biljun | USD 77.5 biljun |
| 9 ta’ April 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 28 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 16 biljun | USD 19.4 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reċiproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal-EUR 293.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 762.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 147.2 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 55.3 biljun għal EUR 646.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, it-8 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 238.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 237.6 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 120.2 u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 131.8 biljun, b’maturità ta’ 35 jum. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ April 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 50 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 36.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.8 biljuni fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita Nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 21.5 biljun (meta mqabbel ma’ 78.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel)
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 42.5 biljun għal EUR 232.1 biljun
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.