Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2009 > 26 ta' Mejju 2009
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-22 ta’ Mejju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 14-il miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 18-il biljun għal EUR 243.5 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
| Data tal-valur | Tip ta' transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 20 ta’ Mejju 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 35.8 biljun | CHF 35.9 biljun |
| 21 ta’ Mejju 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 63.0 biljun | USD 53.5 biljun |
| 21 ta’ Mejju 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 19.2 biljun | USD 4.8 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.9 biljun għal-EUR 294.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 758.2 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.4 biljun għal EUR 141.1 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 2.2 biljun għal EUR 603.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Mejju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 229.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 221.3 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 15.6 biljun (meta mqabbel ma’ 21.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 11.1 biljun għal EUR 206.7 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.