Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2009 > 8 ta' Lulju 2009
Kif tħabbar fis-7 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jixtri bonds garantiti maħruġa fiż-żona tal-euro u denominati f’euro. Għal għanijiet ta’ preżentazzjoni, il-partita nru. 7 tal-attiv, imsejħa “ Titoli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro”, inqasmet f’żewġ pożizzjonijiet: il-partita tal-attiv nru.7.1, imsejħa “ Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja”, li ġiet introdotta biex tirrifletti l-portafoll ta’ bonds garantiti denominati f’euro, li se tibda tintuża f’Lulju 2009; u l-partita tal-attiv nru. 7.2, imsejħa “ Titoli oħra”, li tinkludi titoli negozjabbli li mhumiex relatatai mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema (li qabel kienu jkopru l-partita nru. 7 tal-attiv kollha kemm hi). Ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ din il-ġimgħa tfassal skond dan il-format ġdid tal-karta tal-bilanċ.
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-3 ta’ Lulju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 8.5 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis- seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 10.5 biljun għal EUR 206.2 biljun. Il-bidla kienet dovuta għall-effett tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, it-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll, u t-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
| Data tal-valur | Tip ta' transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 1 ta’ Lulju 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 30.5 biljun | CHF 29 biljun |
| 2 ta’ Lulju 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 40.6 biljun | USD 39.3 biljun |
| 2 ta’ Lulju 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 28 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.9 biljun | USD 0.2 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap) li l-BĊE għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal-EUR 302.2 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.6 biljun għal EUR 768.7 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 44.3 biljun għal EUR 109.1 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 141.9 biljun għal EUR 518.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 1 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 167.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 105.9 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 316 biljun (meta mqabbel ma’ 236.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 99.9 biljun għal EUR 168.3 biljun.
Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-3 ta’ Lulju 2009 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 665.770 għal kull uqija fina
USD: 1.4134 għal kull EUR
JPY: 135.51 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0989 għal kull DSĠ
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.