Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2009 > 11 ta' Awissu 2009
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Awwissu 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 198 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.
Transazzjonijiet straordinarji
| Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 5 ta’ Awwissu 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 18.9 biljun | CHF 18.5 biljun |
| 6 ta’ Awwissu 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 39.8 biljun | USD 40.2 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja, (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 303.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 775 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 27.2 biljun għal EUR 114.5 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 27.4 biljun għal EUR 539.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Awwissu 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 94.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 80.8 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 222 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 208.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 5.6 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Awwissu 2009.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 4 biljuni għal EUR 182.1 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.