Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 25 ta' Mejju 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis nett ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta n-negozjar ta’ muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 6.8 biljun għal EUR 173.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Fl-20 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ta’ tmint ijiem ta’ USD 9.2 biljun. Fl-istess data, ġiet regolata operazzjoni ta’ 84 jum ta’ USD 1 biljun. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.
| Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 20 ta’ Mejju 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 9.2 biljun | |
| Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1 biljun |
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 307.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 804.6 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.1 biljun għal EUR 118.3 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 39.3 biljun għal EUR 541.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 99.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 104.8 biljun. Fl-istess data, inġabru depożiti b’maturità ta’ ġimgħa, f’ammont ta’ EUR 16.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 253.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 225.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 11.1 biljun għal EUR 79.8 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 10.4 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.7 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.6 biljun għal EUR 246.2 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.