Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 7 ta' Lulju 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fit-2 ta’ Lulju 2010, iż-żieda ta’ EUR 65.4 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull tliet xhur.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 18.2 biljun għal EUR 190.9 biljun. Dan kien dovut l-aktar għall-effetti tar-rivalutazzjoni tal-assi u tal-passivi ta’ kull tliet xhur, bi transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll imwettqa mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu taħt reviżjoni li rriżulta f’żieda ta’ EUR 0.2 biljun.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 296.7 biljun, prinċipalment dovut għal rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 816.5 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 39.7 biljun għal EUR 115.7 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 117.9 biljun għal EUR 416.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 151.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 162.9 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi li jammontaw għal EUR 51 biljun u nġabru depożiti ġodda li jammontaw għal EUR 31.9 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 2 biljuni, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 131.9 biljun, hekk kif seħħ għal operazzjoni ta’ irfinar li tipprovdi likwidità ta’ EUR 111.2 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq perjodu ta’ żmien itwal ta’ EUR 442.2 biljun, b’maturità ta’ sena.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 231.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 284.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5 biljun għal EUR 120.1 biljun minħabba xiri li ġie regolat ta’ EUR 3.7 biljun skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.3 biljun skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 84.7 biljun għal EUR 160.4 biljun.
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-2 ta’ Lulju 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba l-aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:
Deheb: EUR 1010.920 għal kull uqija fina
USD: 1.2271 għal kull EUR
JPY: 108.79 għal kull EUR
Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.2046 għal kull DSĠ
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.