Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2010 > 20 ta' Lulju 2010
Fil-ġimgħa li ntemmet fis-16 ta’ Lulju 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 191.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 295.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 819 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 8.9 biljun għal EUR 91.9 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 130.5 biljun għal EUR 500.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 229.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 195.7 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 31.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 49.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Lulju wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 59 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 58.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 205.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 302 miljun għal EUR 121.2 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli.
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 139.1 biljun għal EUR 265.9 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.