Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2011 > 22 ta' Novembru 2011
Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Novembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.5 biljun għal EUR 194.8 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
| Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 17 ta’ Novembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.6 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 336.2 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 865.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 7.6 biljun għal EUR 57.4 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 60.9 biljun għal EUR 200.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Novembru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 194.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 230.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 183 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 187 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.7 biljun (imqabbel ma’ EUR 2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 236.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 144.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Kif tħabbar fis-6 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv tal-BĊE iddeċieda li jniedi t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, li għandu jiġi implimentat bejn Novembru 2011 u l-aħħar ta’ Ottubru 2012. Ix-xiri skont dan il-programm hu rreġistrat taħt titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu bi EUR 8.3 biljun għal EUR 254.4 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tax-xiri ta’ EUR 8 biljun konkluż skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u x-xiri ta’ EUR 0.5 biljun konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll ta’ titoli mifdija skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Novembru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 194.7 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 59.2 biljun u EUR 0.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset bi EUR 58.4 biljun għal EUR 236.5 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.