Navigation Path: Home > Press > Press releases > Weekly financial statements > 2012 > 15 ta' Mejju 2012
Fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Mejju 2012 id- deheb u l- ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 224.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
| Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
| 10 ta’ Mejju 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.3 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont id-dispożizzjoni temporanja u reċiproka dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 325.6 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1 biljun għal EUR 875.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 8.7 biljun għal EUR 99.7 biljun.
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 44.7 biljun għal EUR 145.9 biljun. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 34.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 39.3 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi ta’ EUR 214-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju 2012 immaturat ukoll operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 11.4 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 13-il biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 1.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 763.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 801.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 282 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għax-xiri li ġie konkluż skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fil-11 ta’ Mejju 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 214.2 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti kien ta’ EUR 56.6 biljun u EUR 11.3 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 50 biljun għal EUR 146.8 biljun.
|
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.