Il-BĊE u Inti fil-Finlandja
Dak li nagħmlu jolqot lil kulħadd fiż-żona tal-euro. Huwa għalhekk li rridu nisimgħu mingħandek dwar il-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti għalik. Fis-sensiela tagħna Il-BĊE u Inti, tista' taqsam kummenti u tqajjem mistoqsijiet direttament mal-President tal-BĊE Christine Lagarde.
Il-President Lagarde fuq A-Studio
Il-President tal-BĊE Christine Lagarde ngħaqdet mal-ġurnalista Anna Karismo fil-programm televiżiv Finlandiż A-Studio biex twieġeb mistoqsijiet mill-istudenti dwar l-ekonomija, l-inflazzjoni, id-diversità tas-sessi u aktar.
Ara t-taħdita sħiħa hawnhekkInrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi
Tul il-karriera tagħha, il-President Lagarde ħadmet għal opportunitajiet ugwali għan-nisa għaliex, meta kulħadd ikun irrappreżentat, irrispettivament mis-sess, l-eżitu jkun aħjar.
Nutilizzaw il-vantaġġi tal-Finlandja
Issorprendu lid-dinja bl-innovazzjoni u l-kreattività – dan kien il-parir tal-President Lagarde lill-istudenti Finlandiżi meta ġiet mistoqsija dwar l-ekonomija tal-pajjiż.
Trid aktar informazzjoni?
Tista' żżur is-sit web tagħna biex tara l-lista tagħna ta' mistoqsijiet frekwenti. Jekk xorta ma ssibx tweġibiet hemmhekk, tista' tagħmel kuntatt magħna.