Navigation Path: Home > L-Euro
Is-sensiela Europa ta' karti tal-flus se tidħol gradwalment fiż-żona tal-euro fis-snin li ġejjin. Il-karta ta' €5 ta' din is-sensiela ħarġet fit-2 ta' Mejju 2013.
Skopri aktar dwar is-sensiela Europa.
Int xogħlok timmaniġġa l-flus? Ħriġna fuljettfuljett [2.2 MB] speċjalment għalik. Fih dettalji dwar il-karatteristiċi ta' sigurtà.
Ara l-materjal b'tagħrif kollu tagħna dwar il-karti tal-flus tal-euro.

Il-firma ta' Mario Draghi issa tinsab fuq xi karti tal-flus tal-euro.
Karti tal-flus oħra tal-euro għandhom il-firma ta' wieħed miż-żewġ Presidenti ta' qabel tal-BĊE. Hi ta' min hi l-firma li għandhom, il-karti tal-flus huma validi l-istess.
Żur l-Iskola tal-Euro, sensiela ġdida ta' għodod edukattivi. Hi maħsuba għal udjenzi differenti u tikkonsisti f'filmat qasir, logħob, applikazzjonijiet interattivi, pubblikazzjonijiet u wirja.
Skola tal-Euro
Ġrajjiet tal-Iskola tal-Euro
Il-BĊE tella' wirja dwar il-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u l-karatteristiċi ta' sigurtà tagħhom. Bħalissa l-wirja qiegħda ddur l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.
Meta daħal l-euro fl-1999 kien hemm 11-il pajjiż fiż-żona tal-euro. Illum hemm 17: l-aħħar li daħlu kienu l-Estonja, is-Slovakkja, Ċipru u Malta.

Is-sena 2012 tfakkar l-għaxar anniversarju tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro. L-euro daħal fi 12-il Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 2002.
Iċċekkja l-karti tal-flus tal-euro: “Ħoss”
Iċċekkja l-karti tal-flus tal-euro: “Ħares”
Iċċekkja l-karti tal-flus tal-euro: “Mejjel”