Navigation Path: Home > The European Central Bank > Qafas legali
Agħżel tema min-naħa tax-xellug. L-eqdem atti legali qiegħdin fuq nett, ħlief għall-opinjonijiet tal-BĊE fejn l-aktar waħda riċenti tidher l-ewwel. Il-funzjoni “Iffiltra waqt li qed tittajpja” (ara l-immaġni hawn isfel) tgħinek tfittex fil-lista.
Tista’ tuża s-search engine tal-Google ġewwa l-Qafas Legali billi tagħfas “Fittex fil-Qafas Legali” fil-filliera ta’ buttuni fuq in-naħa tax-xellug.

Il-Qafas legali għandu disa’ sezzjonijiet li jirriflettu l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE skond it-Trattat. Għal ħarsa fuq lejn is-siġra sħiħa ta’ navigazzjoni, ara d-direttorju tas-sit.
Opinjonijiet tal-BĊE/EMI jinsabu taħt kull tema (ara n-naħa tax-xellug ta’ l-immaġni hawn isfel). Tista’ tagħfas fuq l-“Opinjonijiet kollha tal-BĊE” li tinsab fil-filliera ta’ buttuni fuq in-naħa tax-xellug biex issibhom.
Taħt kull tema, l-atti huma mniżżla f’ordni kronoloġika, l-aktar waħda qadima fuq nett. L-emendi u l-verżjonijiet ikkonsolidati huma wkoll innumerati f’ordni kronoloġika: a, b, ċ, etċ. (ara l-immaġni hawn isfel). B’eċċezzjoni, l-opinjonijiet tal-BĊE huma rranġati bl-aktar waħda riċenti fuq nett.
Jekk applikabbli, tingħata link għal “Informazzjoni addizzjonali” (ara l-immaġni hawn fuq). Meta tikklikkja fuqha tara paġna ġdida bil-corrigenda kollha, il-leġiżlazzjoni tal-BĊE irrevokata, rimarki w informazzjoni fl-isfond.
Fuq in-naħa tal-lemin ta’ kull paġna (ara l-immaġni hawn isfel) tista’ ssib links għal leġiżlazzjoni tal-Komunita` adottata, leġiżlazzjoni tal-BĊE relatata, u informazzjoni relatata oħra, per eżempju stqarrijiet għall-istampa.